Marius Borg Heiby ta’ 28 sena, it-tifel tal-mara tar-Re futur tan-Norveġja, mistenni jitressaq il-Qorti b’akkużi ta’ abbuż sesswali, fastidju u stupru fost l-oħrajn.
Bi 32 kap ta’ akkuża, it-tifel tar-reġina futura Norveġiża, qed jiġi kkundannat minn bosta wara saħansitra akkużi illi ħa filmati tal-partners passati li spiċċaw allegatament imxerda minnu.
Dan l-iskandlu fi ħdan il-familja rjali Norveġiża qed jidher ukoll bħala theddida iminenti għal futur tal-monarkija fil-pajjiż – anke minħabba l-fatt li Marius Borg Heiby kellu wkoll irwoli varji fi ħdan il-familja rjali.
Hu kien diġà kien ġie arrestat fil-passat.
//= $special ?>