Kurżitajiet Mużika

L-album ta’ Taylor Swift se jkun fuq cassette… imma min se jixtrih?

L-album il-ġdid ta’ Taylor Swift li se joħroġ f’Ottubru se jkun disponibbli fuq vinyl, fuq il-pjattaformi ta’ streaming… u anke fuq cassette tape! Dan hekk kif il-ġenerazzjonijiet il-ġodda qed jesperjenzaw qawmien ġdid għal elementi retro tas-snin 70 u 80.

Ħafna esperti fix-xena mużikali ma kinux sorpriżi bl-aħbar li Taylor Swift se toħroġ l-album tagħha anke fuq cassette.

Fl-2023, ‘il fuq minn 436,000 cassette ġew mibjugħa fl-Istati Uniti biss – żieda konsiderevoli fuq il-81,000 li nxtraw fl-2015.

L-album il-ġdid ta’ Taylor Swift iġib l-isem ‘Life of a Showgirl’.