Minn għada l-Erbgħa, u wara li jkunu għaddew jumejn minn kull tmiem match day tal-Malta Premier, il-paġni sportivi ta’ In-Nazzjon se tkun qed tniedi rokna ġdida fuq żewġ faċċatti mill-pinna tal-ġurnalist sportiv, Christian Micallef.
Din ir-rubrika, b’kitba mirquma u li tnissel ħsibijiet profondi dwar dak li jkun għaddej fil-futbol Malti, se tkun qed iġib l-isem ta’ ‘L-Analiżi ta’ Christian Micallef; ħsibijiet ta’ wara kull match day mill-Malta Premier 2025/26.’

Min isegwi l-kitba ta’ Micallef, jaf id-dettall tar-riċerka li l-producer eżekuttiv ta’ Replay jidħol fiha meta jkun qed jitkellem dwar aħbar marbuta mal-futbol Malti u din l-analiżi wara kull match day, se tkun qed tiffoka fuq dan l-aspett, b’ġurnaliżmu miktub ta’ livell u b’intervisti esklussivi.
“Illum ħafna bosta mil-ġurnalisti qed ikollhom problema li jgġidu dak li tassew iħossu u jemmnu fiħ, speċjalment dwar il-futbol Malti u wisq aktar il-Malta Premier, għaliex huma bosta dawk li b’xi mod jew ieħor qed jagħmlu xogħol dirett jew indirett fl-organizazzjoni tax-xandir tal-logħob u l-promozzjoni fuq il-midja soċjali tal-MPL. Dan qed iwassal biex mingħajr ma trid, dak li jkun iżomm lura milli jitkellem u jgħid dak li tassew jemmen fiħ. Ħasra,” tenna Micallef.
“Li tkun oġġettiv fl-istil tal-ġurnaliżmu sportiv tiegħek tagħmlek kredibbli u jien għalkemm minix perfett, nemmen ħafna fl-oġġettivitá fil-mod ta’ kif nitkellem u nwassal l-aħbar. Kull darba li nissielt kritika għamilt dan b’mod kostruttiv għax għandi tassew għal qalbi l-logħba tal-futbol. M’għandix irbit mal-MPL u nfaħħar u nikkritika kull fejn hemm bżonn, bl-istess mod nagħmel l-istess mal-MFA,” żied jgħid Micallef.

Minn għada, fl-ewwel ħarġa ta’ din ir-rubrika, Micallef se jgħidha kif iħossha dwar il-famuża kontroversja tal-mijiet ta’ partitarji ta’ Valletta li baqgħu barra l-grawnd minkejja li kien hemm spazju għalihom f’sezzjoni oħra tal-Istadium, iżda mhux biss.
Se jitkellem dwar il-kundizzjoni tal-wiċċ tal-art tal-Istadium Nazzjonali f’Ta’Qali, li wara l-ewwel erba’ partiti mill-ewwel match day, stajjna narawħ f’stat mhux tajjeb tant li bosta klabbs ilmentaw dwar dan.
Kien għalhekk li fil-ħarġa ta’ għada, Christian Micallef għamel intervista interessanti mal-President tal-MFA, Bjorn Vassallo fejn dan ta’ spjegazzjoni ċara u diretta ta’ x’ġara u x’waslu għal dawn iċ-ċirkostanzi.
Għada, l-Erbgħa filgħodu, kun ċert li tixtri l-koppja tiegħek tal-gazzetta ‘In-Nazzjon.’
//= $special ?>