Lokali

Raġel ta’ 75 sena minn Ħaż-Żabbar iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Raġel ta’ 75 sena residenti Ħaż-Żabbar, għal xi l-4:00pm, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Luqa, Raħal Ġdid.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Nissan March, li kienet qed tinstaq minn
raġel ta’ 29 sena residenti Santa Luċija.

L-anzjan ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li
weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.