Leeds United 1 Everton 0
Rebħa minima għal Leeds United fir-ritorn fil-Kampjonat Premier. Partita f’Elland Road li biha ntemmet wkoll l-ewwel ġurnata.
Minkejja li għal ħinijiet twal Leeds, immexxija minn Daniel Farke, iddettaw b’xi mod id-difiża ta’ Everton u wisq aktar Jordan Pickford, żammet l-iskor intatt. Everton li kienu kostretti jiddefendu bl-unika azzjoni offensiva tagħhom tasal fit-53 minuta. Kien biss fil-71 minuta li David Moyes iddeċieda li jagħti d-debutt fit-tim lil aħħar akkwist Jack Grealish.
Rebħa li mmaturat minuti minn tmiem il-partita bil-gowl deċiżiv jasal minn penalty fl-84 minuta. Fuq xutt ta’ Anton Stach il-ballun deher jaħbat ma’ id il-player ta’ Everton James Tarkowski. Ir-referee Chris Kavanagh wara li kkonsulta l-VAR, saffar penalty.
Tah LUKAS NMECHA, wieħed mill-akkwisti l-ġodda għal Leeds United, li għeleb lil Jordan Pickford.
//= $special ?>