ll-Parroċċa ta’ Marija Reġina fil-Marsa ħabbret li l-apside tal-Knisja Parrokkjali – xogħol artistiku ta’ Pawlu Camilleri Cauchi – ġiet restawrata mill-kumpanija PrevArti.
Din il-pittura, li parti mill-proġett hu finanzjat mill-APS Bank u l-Ordni Franġiskani Kapuċċini, ser tiġi inawgurata flimkien ma’ illuminazzjoni ġdida, waqt ċelebrazzjoni speċjali nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Awwissu – festa liturġika ta’ Marija Reġina
L-ewwel, fis-6:15 pm ikun hemm l-inawgurazzjoni tar-restwar tal-pittura tal-apside fil-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Reġina; u fis-6:30pm quddiesa konċelebrata fis-solennità tal-festa liturġika ta’ Marija Reġina