Sport

Sinner mhux f’sikktu u jirtira fil-finali taċ-Cincinnati Open

Il-finali ta’ Cincinnati Open, fl-Istati Uniti, kellha tkun ripetizzjoni tal-finali ta’ Wimbledon bejn Jannik Sinner tal-Italja seed nr. 1 u Carlos Alcaraz ta’ Spanja seed nr. 2. Finali li iżda litterlment ma saritx wara li fl-ewwel set, b’Alcaraz qed jirbaħ 5 – 0 u b’Sinner viżibbilment mhux f’sikktu fejn saħansitra talab il-medical time out, iddeċieda li jċedi u jirtira.

Wara kkonferma li kien qed ibati minn sħana qawwija li kien hemm fil-court. B’hekk, fl-14 il-konfront Sinner – Alcaraz huwa Alcaraz li ħareġ rebbieħ għad-disa’ darba.

Finali wkoll tan-nisa bejn seed nr. 3 Ida Swiatek tal-Polonja u seed nr, 7 u s-sorpriża tal-kompetizzjoni Jasmine Paolini tal-Italja. Finali f’Cincinnati bbilancjata fejn wara li fl-ewwel set il-punteġġ alterna kienet Swiatek li rebħet 7 – 5 u daqstant ieħor fit-tieni set fejn Swiatek ma tatx ċans lil Paolini li twettaq reazzjoni biex rebħet 6 – 4.