Internazzjonali

Skiet minn Iżrael dwar ftehim li kapaċi jġib lura 50 ostaġġ

Pajjiżi Għarab fil-Lvant Nofsani, li qed jkunu medjaturi fil-kunflitt bejn Iżrael u t-terroristi tal-Hamas, qed jistennew risposta formali minn Iżrael.

Dan wara li l-Hamas ikkonfermaw li huma qed jaċċettaw il-kundizzjonijiet dwar il-proposta ta’ ħelsien ta’ ostaggi Iżralejani.

Il-pjan ġie prezentat mill-Qatar u l-Eġittu, li qed jippruvaw jevitaw offensiva ġdida mill-armata Iżraeljana, liema offensiva, jekk isseħ, ser twassal sabiex l-Iżraeljani jokkupaw il-Medda ta’ Gaza kollha.

Madanakollu sorsi internazzjonali qed jisħqu li l-Gvern Iżraeljan qed isib pressjoni mill-Istati Uniti sabiex jaqbel mal-proposti mressqa, ċioe li jinħelsu ‘l fuq minn 50 ostaġġ, ġaladarba, il-pjan ta’ Netenyahu li jokkupa l-Medda ta’ Gaza jiġi kkanċellat.