L-ispiża totali ta’ Malta fil-World Expo 2025 f’Osaka kienet ta’ aktar min-nofs miljun ewro – eżatt total li laħħaq l-ispiża totali ta’ €542,100.
Il-proċess għall-għażla tal-kontribuzzjoni ta’ Malta għall-World Expo 2025 f’Osaka sar permezz ta’ proċedura negozjata mmexxija minn Malta Enterprise fl-2023.
Meta kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello, il-Ministru Silvio Schembri qal fil-Parlament li dan ix-xogħol sar minn WEVR, kumpanija internazzjonali bbażata fi New York, magħrufa għal xogħolha fil-qasam ta’ esperjenzi diġitali u produzzjoni awdjoviżiva.
//= $special ?>