Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil Stephanie Vassallo li aktar kmieni llum ġiet eletta bħala kunsilliera lokali ġdida f’isem il-PN f’elezzjoni każwali li saret għall-Kunsill Lokali tas-Siggiewi.
Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-President tal-KKLPN Liam Sciberras mid-Direttur tal-Kunsillieri PN Emvin Bartolo.
Issa hija tingħaqad mat-tim attwali ta’ kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista fis-Siġġiewi – is-Sindku Julian Borg, Ryan Cachia u Charles Vassallo – biex tkompli l-ħidma għas-Siġġiwin u għall-lokalità kollha.
Il-Partit Nazzjonalista jawgura lil Stephanie Vassallo ħidma siewja b’risq is-Siġġiewi.
//= $special ?>