Lokali

Titħabbar il-mewt ta’ omm Karin Grech

Ritratt: OPM

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt ta’ Pearl Grech, il-mara tal-Professur Edwin Grech u omm Karin Grech, li kienet inqatlet permezz ta’ ittra-bomba 48 sena ilu. 

Pearl Grech tiġi wkoll iz-zija tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.

Fl-1958, il-Professur Edwin Grech kien mar jistudja r-Renju Unit biex jispeċjalizza fil-ġinekoloġija. Hu kien iltaqa’ ma’ Pearl Bryant propju fl-Ingilterra, u żżewwiġha fl-1961.

Pearl Grech mietet f’Għawdex fejn kienet qed toqgħod. Hi se tkun qed tingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt li ġej fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann, b’quddiesa li tibda fit-8:30am.