73 persuna, inklużi 17-il tifel u tifla, mietu f’inċident tat-traffiku li seħħ fil-punent tal-Afganistan.
Il-każ seħħ meta karozza tal-linja li kellha fuqha migranti Afgani deportati mill-Iran, ħabtet ma’ trakk u mutur. Dan ġie kkonfermaw minn uffiċjali Talibani. Il-każ seħħ it-Tlieta filgħaxija fil-provinċja ta’ Herat, u l-karozza tal-linja, kaġun tal-ħabta, ħadet in-nar. Il-passiġġieri kollha mietu kif ukoll żewġ persuni mill-vetturi l-oħra.
Il-vittmi kienu ġew deportati mill-Iran u kienu telgħu fuq il-karozza tal-linja f’Islam Qala, qrib il-fruntiera. Il-Pulizija ta’ Herat, ikkonfermaw, li l-inċident seħħ kawża tal-veloċità eċċessiva u n-negliġenza tas-sewwieq tal-karozza tal-linja.
//= $special ?>