Wara li lbieraħ irceviet in-nominazzjonijiet mingħand Alex Borg u Adrian Delia għall-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-Kummissjoni Elettorali tal-PN ivverifikat li l-formoli tan-nominazzjoni sottomessi huma korretti.
Il-Kummissjoni kkonfermat li kull waħda min-nominazzjonijiet hija ffirmata minn 118-il membru tal-Partit Nazzjonalista ġejjin mid-diversi organi u strutturi tal-Partit – skont kif jitlob l-Istatut tal-PN – u allura hija valida.
Kif jipprovdi l-Istatut, kull nominazzjoni kellha fuqha l-firem ta’ mill-inqas:
- Tliet (3) membri tal-Grupp Parlamentari
- Ħames (5) membri mill-Kulleġġ Kunsillieri Lokali PN
- Għaxar (10) membri tal-Kumitat Eżekuttiv
- Ħamsin (50) membru tal-Kunsill Ġenerali
- Ħamisn (50) membru tal-Partit Nazzjonalista
Fi stqarrija, Mario Callus, iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali, Rekords u Data tal-PN; iddikjara li għaldaqstant il-Kummissjoni Elettorali tikkonferma li ż-żewġ nominazzjonijiet huma validi u għalhekk Alex Borg u Adrian Delia issa huma uffiċjalment kandidati f’din l-elezzjoni.
//= $special ?>