Bħalissa qed jinġabru l-fondi għal Maichol De Nunzio, it-Taljan ta’ 21 sena li tilef ħajtu wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq.
Il-ħbieb tal-vittma, li ħalla dieqa kbira wara li kien involut f’aċċident tat-traffiku fl-aħħar jiem f’Pembroke, qed jagħmlu ġabra fejn s’issa ġabru s-somma sabiħa ta’ madwar €30,000, bl-għan li l-katavru tiegħu jittieħed lura f’pajjiżu.
Il-ġbir ta’ fondi qed isir permezz tas-sit gofundme, li ser iservu ta’ għajnuna finanzjarja lil oħtu Aurora, bil-messaġġ tal-ħbieb tiegħu jkun li anke l-iċken kontribuzzjoni hija apprezzata.
De Nunzio ser jibqa’ mfakkar għal karattru ferrieħi tiegħu, li sfortunatament il-mewt tiegħu ħasdet lil ħafna hekk kif kien hawn f’Malta għal ftit jiem fuq btala.
//= $special ?>