L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ppubblika l-indiċi tal-prezzijiet għall-Konsumatur.
Evidentament jidher illi r-rata tal-għoli tal-ħajja f’Malta hija ogħla minn dik Ewropea. Intant, dan ifisser li l-poplu Malti u Għawdxi qed iħallas aktar mill-bqija tal-Ewropej.
Jidher li fʼLulju ta’ din is-sena, ir-rata annwali tal-inflazzjoni kif imkejla mill-HICP baqgħet bħalma kienet fix-xahar taʼ qabel, fir-rata taʼ 2.5 fil-mija.
Ir-rata medja annwali fuq tnax-il xahar għal Lulju 2025 kienet taʼ 2.3 fil-mija.
L-ogħla kontribuzzjoni pożittiva għar-rata annwali tal-inflazzjoni kienet imkejla fl-Indiċi tal-Ikel u x-xorb mhux alkoħoliku (+0.64 punti perċentwali), mentri l-ogħla kontribuzzjoni negattiva kienet irrekordjata fl-Indiċi tal-Komunikazzjoni (-0.11 punti perċentwali).
//= $special ?>