Is-70 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest se tittella’ fi Vjenna. Is-semifinali ta’ din l-edizzjoni tal-Eurovision se ssir it-Tlieta 12 ta’ Mejju u l-Ħamis 14 ta’ Mejju, filwaqt li l-finali se ssir is-Sibt 16 ta’ Mejju fil-Wiener Stadthalle.
Wara li rebħet l-edizzjonijiet tal-1996 u tal-2014, apparti dik tas-sena li għaddiet, din se tkun it-tielet darba li Vjenna se tkun qed torganizza l-Eurovision. Wara r-rebħa ta’ JJ f’Basel fis-17 ta’ Mejju b’Wasted Love, is-sena d-dieħla l-Eurovision se jkun qed jiġi organizzat mix-xandar Awstrijak ORF.
Fil-klassifika tal-bliet li organizzaw il-Eurovision l-aktar drabi, Vjenna tinsab fir-raba’ post ma’ Copenhagen, Malmö u Stokkolma.
//= $special ?>