Internazzjonali

Jasveen Sangha mistennija tammetti l-ħtija fil-każ tal-overdose ta’ Matthew Perry

Jasveen Sangha magħrufa bħala ‘Ketamine Queen’ qablet li tammetti għall-akkużi miġjuba kontriha li kienet hi li biegħet id-drogi lill-attur Matthew Perry, li eventwalment wasslu għall-mewt tal-attur.

Matthew Perry huwa l-attur magħruf li ħa sehem fis-serje bl-isem ‘Friends’.

Jasveen Sangha ta’ 42 sena, qed taffaċċja ħames akkużi f’Los Angeles, b’wieħed minnhom ikun dwar distribuzzjoni ta’ ketamina li rriżultat fil-mewt jew fi ġrieħi serji.

Perry instab mejjet f’jacuzzi fil-bitħa ta’ daru f’Los Angeles f’Ottubru tal-2023, bir-riżultat tal-awtopsja jikkonferma li l-mewt tiegħu kienet ikkawżata mill-effetti tal-ketamina.

Jidher illi Sangha hija waħda mill-ħames persuni fost it-tobba u l-assistenta tal-attur li l-uffiċjali qed jgħidu li pprovdew l-ketamina lil Perry.

Il-proċess kriminali ta’ Sangha ġie pospost diversi drabi u issa ġie skedat għax-xahar li ġej.