Lokali Saħħa Transport

L-MHRA tappella għal testijiet spontanji ta’ droga u alkoħol fit-toroq

“L-MHRA taqbel perfettament mal-appelli varji, fosthom ta’ Dr. Jonathan Joslin, dwar testijiet regolari u spontanji tax-xorb u droga. Il-ħin li naġġixxu huwa issa.

Hekk appellat l-Assoċazzjoni tal-Lukandi u Restoranti Maltin (MHRA) fi stqarrija. Dan hekk kif spjegat li bl-esperjenza li għandu Joslin, bla dubju jaf x’hinu bżonjuż biex tiġi ssalvagwardjata l-ħajja taċ-ċittadini. Dan b’referenza ċara għad-diversi inċidenti li kellna fl-aħħar ġimgħat, u li ħafna minnhom kienu fatali.

Fi stqarrija huma spjegaw li l-ekonomijia Maltija tibbaża ħafna fuq it-turiżmu, f’kull settur tal-pajjiż u galhekk sostnew li s-sigurtà hija essenzjali. Tant hu hekk li l-MHRA saħqet li s-sigurtà f’pajjiżna hija imporanti daqskemm hu importanti li jkollna lukandi ta’ kwalità. Dan għandu jkun ta’ importanza speċjalment f’dawn iż-żminijiet sajfin fejn diversi turisti jżuru pajjiżna u jistennew li jqattgħu l-vaganzi tagħhom jiddevertu b’mod sigur.

L-MHRA qalet li b’dawn it-testijiet pajjiżna jkun jista’ wkoll itejjeb ir-reputazzjoni tiegħu – anke minħabba li ċertu turisti, minħabba nuqqas ta’ sigurtà, jispiċċaw jeliminaw il-possibilità ta’ btala f’pajjiżna. Spjegaw li dawn il-miżuri mhux se jwaslu għal nuqqas ta’ divertiment imma għall standards aħjar f’pajjiżna.

Kien għalekk li huma għalqu billi appellaw lilj-Gvern Malti li issa huwa l-mument li jsir xi ħaġa sabiex ma nibqgħux f’sitwazzjoni fejn isseħħ traġedja kull ġimgħa. Dan filwaqt li pajjiżna jkun wieħed iktar modern u b’saħħtu.

L-MHRA tingħaqad ukoll mal-appel li għamlet l-Assoċazzjoni tal-Kumpanijji tal-Polza tal-Assigurazzjoni u l-Maġistrat Joe Mifsud.