L-ajruport ta’ Malpensa fil-belt Taljana ta’ Milan, spiċċat parzjalment evakwata wara li raġel qabbad nar f’parti miċ-check-in area – inċident stramb u rari li fih ma weġġa’ ħadd.
Il-filmeti li ntbagħtu fuq il-midja soċjali wrew ix-xeni ta’ kaos f’Terminal 1 tal-ajruport wara li n-nirien ħakmu wieħed mid-desks – u bl-aggressur jidher qed jattakka lill-iscreens diġitali qabel spiċċa mrażżan min-nies u l-Pulizija.
Ir-raġel inżamm arrestat u fl-aħħar sigħat kien qed iwieġeb għall-interrogazzjoni tal-Pulizija.
U għalkemm is-sitwazzjoni f’Malpensa nġiebet taħt kontroll, l-awtoritajiet lokali b’responsabbiltà għat-traffiku tal-ajru wissew dwar id-dawmien potenzjali għal diversi titjiriet. Dan ukoll waqt li tħassru numru ta’ departures minn Milan – li hu hub turistiku mill-aktar attiv f’kull żmien tas-sena.
//= $special ?>