Fl-isfond tal-kritika ta’ diversi kowċis, plejers u partitarji dwar il-kundizzjoni mhux tajba li fit-tmiem il-ġimgħa kien il-wiċċ tal-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Net News tkellem mal-President tal-MFA, Bjorn Vassallo, sabiex jagħtina spjegazzjoni ta’ x’wassal għal din is-sitwazzjoni u jekk din l-eventwalitá stajnix nevitawha.
Vassallo saħaq li mhijix l-ewwel darba li kellna problemi ta’ dan it-tip. Man-natura ma tilgħabx. Fl-aħħar snin wara r-reseeding u fil-perjodu tal-grow-in, Vassallo spjega li ż-żerriegħa tas-sajf, “qed tieħu aktar żmien minn normal biex tikber.”
Din hi żerriegħa tat-tip Bermuda. Il-President tal-MFA enfasizza li matul dan il-perjodu “hu imperattiv li ma tfallix l-ebda parti mill-process fil-manutenzjoni biex fl-aħħar mill-aħħar in-natura tagħtik dak li kulħadd jistenna li jara, ċioé tapit aħdar.”
Sfortunatament, din is-sena, matul ix-xhur sħan tas-sajf, dan il-proċess kien aktar diffiċli mis-soltu, partikolarment minħabba l-ammont ta’ partiti li qed jintlagħbu tul is-sena kollha fuq din l-art u ż-żmien limitat bejn l-istaġuni biex il-wiċċ jinbidel minn wieħed b’żerriegħa tax-xitwa għal waħda tas-sajf.
Vassallo saħaq li fl-Ewropa, l-Istadium Nazzjonali hu fost l-aktar li jintuża, fejn hu stmat li jintlagħbu mal-100 partita f’għaxar xhur, li jfisser medja ta’ għaxar logħbiet fix-xahar.
Hu stmat li jintlagħbu mal-100 partita f’għaxar xhur fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’Qali, li jfisser medja ta’ għaxar logħbiet fix-xahar.
“Ftit huma l-istadiums fl-Ewropa li jkollhom dan l-ammont kbir ta’ partiti u għaldaqstant kellna nieħdu d-deċiżjoni li sabiex iż-żerriegħa tikber kif suppost, ngħinuha b’affarijiet oħra biex din tkun tista’ tikber u tissaħaħ fl-istess waqt li jintlagħab il-futbol. Meta tqis li għamel volumi ta’ ilma f’xita fi żmien qasir fi tmiem il-gimgħa, u li ntlagħbu erba’ partiti f’24 siegħa, mhux sorpriża li l-wiċċ ma kienx ottimali,” spjega Vassallo.
Dan il-proċess tas-sajf normalment jieħu minimu ta’ madwar għaxar ġimgħat biex l-art tkun tajba għal-logħob “iżda minħabba l-kalendarju domestiku u internazzjonali bdejna nilagħbu fuq din l-art fit-tmin ġimgħa tal-proċess.”
Vassallo żied jgħid li mill-esperjenza tal-passat, il-probabbiltá kollha hi l-frekwenza tal-logħob tonqos “għaliex tiġi t-tieqa tan-nazzjonal u wara dan iż-żmien il-ħaxix tal-Istadium ikun kiber u f’għajnejn il-pubbliku sportiv, ħadd ma jkun qed imaqdar għaliex id-dehra tal-ħaxix tkun ta’ lewn aħdar u folt.”
Għall-futur, il-President tal-MFA qal li jeħtieġ inħarsu kif nistgħu nkunu aktar sostenibbli fl-ippjanar tal-logħob iżda mhux dejjem għandek kontroll “għaliex il-kalendarju internazzjonali mhux se jinbidel u għalhekk irridu naraw kif matul l-istaġun, innaqsu l-istress minn fuq ir-root zone tal-ħaxix fl-Istadium Nazzjonali, biex fiż-żmien li l-istaġun tal-futbol ikun wieqaf, nieħdu l-proċess kollu naturali biex b’hekk inkunu nistgħu ngawdu ħaxix aħdar matul is-sena kollha. Iżda flok naqqasna l-logħob, intgħażel format li żiedu l-logħob. Dan ma jgħinx u f’perjodi l-wiċċ ibati, mhux tagħna biss iżda kullimkien. Barra minn pajjiżna biex jgħattu d-difetti jispiċċaw jiżbgħu l-ħaxix biex l-estetika ġġibu jidher aħjar meta ma jkunx.”
“Flok naqqasna l-logħob, intgħażel format li żiedu l-logħob. Dan ma jgħinx u f’perjodi l-wiċċ ibati, mhux tagħna biss iżda kullimkien. Barra minn pajjiżna biex jgħattu d-difetti jispiċċaw jiżbghu l-ħaxix biex l-estetika ġġibu jidher aħjar meta ma jkunx.”
Vassallo temm jgħid li jinsab fiiduċjuż li ċ-ċirkostanzi jinbidlu drastikament meta għall-ħabta ta’ Ottubru tinżera ż-żerriegħa tax-xitwa “u allura l-art tal-Istadium tibqa’ sservina sa Ġunju mingħajr problemi ta’ xejn.”
//= $special ?>