Lokali

“Programm elettorali mibni fuq il-ġustizzja, is-sostenibbiltà u l-innovazzjoni”

Programm elettorali li għandu jkun ibażżat fuq il-ġustizzja, is-sostenibbiltà u l-innovazzjoni.

Dan huwa dak li għandu jkun ibazzat fuqu l-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista fi kliem George Vital Zammit li propju se jkun qed ifassal dan il-programm.

Waqt il-programm Perspettivi, George Vital Zammit stqarr li hemm numru ta’ persuni li tbiegħdu mill-politika, u għalhekk hemm bżonn ta’ programm elettorali li jiġbed lura dawn in-nies permezz ta’ valuri ġusti.

Vital Zammit spjega li bħalissa qed ngħixu f’dinja globalizzata, u għalhekk jeħtieġ li l-programm elettorali jkun ukoll innovattiv.

Huwa sostna wkoll l-importanza tal-politika u kif din hija l-isbaħ instrument biex tindirizza l-kwistjonijiet tal-poplu.

George Vital Zammit sostna li minkejja iċ-ċokkon ta’ pajjiżna, il-koruzzjoni hija inaċettabli.

Huwa temm billi fakkar lil dawk kollha li għandhom xi ideat biex jagħmlu kuntat miegħu.