Razvan Constantin Dutcovici, Rumen ta’ 26 sena mingħajr indirizz fiss f’Malta, ġie kkundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin wara li ammetta li seraq minn supermarket EuroSpar fiċ-ċentru kummerċjali Tigné Point.
Il-maniġer tal-ħanut qal lill-Pulizija li l-akkużat deher jitlaq mill-ħanut iżomm żewġ bottijiet birra SKOL, inbid u prodotti oħra. L-ammont misruq kien ta’ €273.
Dutcovici ammetta l-akkużi mill-ewwel u rreġistra mill-ġdid l-ammissjoni tiegħu quddiem il-Qorti wara ngħata ftit taż-żmien biex jerġa’ jaħsiba. Minbarra s-sentenza sospiża, ġie ordnat iħallas lura l-ammont lis-supermarket.
Il-Qorti wkoll imponiet ordni ta’ trattament fuq l-akkużat minħabba l-problemi tiegħu ta’ vizzju bl-alkoħol. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi James Turner u Christian Xuereb flimkien mal-avukat tal-Avukat Ġenerali Luigi Gulia, filwaqt li Dutcovici kien assistit mill-avukat tal-għajnuna legali Silvan Pulis.
//= $special ?>