Is-sospensjoni ta’ Romanchuk bdiet isseħħ mit-13 ta’ Mejju ta’ din is-sena wara li kienet soġġetta għal presenza ta’ Testosterone li hija sustanza projbita.
Skont l-Athletics Integrity Unit, Bekh-Romanchuk, ta’ 30 sena, irriżultat pożittiva għat-testosterone fis-7 ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet, u ġiet sospiża proviżorjament f’Mejju.
Bekh-Romanchuk kisbet il-midalja tal-fidda fil-long jump fil-Kampjonati tad-Dinja tal-2019 u fit-triple jump fl-2023 meta tilfet kontra Yulimar Rojas tal-Venezwela fl-aħħar rawnd.
Hija spiċċat fil-11-il post fil-finali tat-triple jump fl-Olimpjadi ta’ Pariġi tas-sena li għaddiet.
//= $special ?>