Pippo Baudo, il-preżentatur ikoniku Taljan li serva ta’ idolu għal ħafna, illum ingħata l-aħħar tislima f’Catania.
Bosta kienu dawk li nġabru fil-post tat-twelid ta’ Pippo, propju f’Militello Val di Catania, hekk kif l-Erbgħa fl-4pm ingħata bidu għall-quddiesa fil-knisja ta’ Santa Maria della Stella sabiex jagħtu l-aħħar tislima kif jixraq lir-re tal-preżentaturi.
Attenda għal funeral il-kantant rinomat Al Bano, fejn hu wkoll tenna kliem ta’ tifħir dwar Pippo waqt li esprima t-telfa li għadu kemm ġarrab, mhux biss ta’ ħabib, imma ta’ membru tal-familja.
Katia Ricciarelli, l-eks mara ta’ Baudo marret tarah waqt li kien espost għal pubbliku, iżda kienet assenti fil-funeral tiegħu. Preżenti fil-funeral kien hemm Gigi D’Alessio u rappreżentanti tal-gvern Taljan, fost oħrajn.
Il-President tar-Repubblika, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, il-Ministru tal-Affarijit Barranin u anke s-Sindku ta’ Ruma bagħtu l-kondoljanzi permezz ta’ post fuq il-midja soċjali.
Waqt l-omelija ċ-ċelebrant, irrimarka dwar il-ħajja li kien jgħix Pippo.
F’diversi pjazzez madwar l-Italja ġew armati screens li fuqhom ixxandar il-funeral ta’ Baudo.
Pippo Baudo kien personaġġ, ġgant fix-xena televiżiva Taljana u huwa magħruf minn bosta madwar id-dinja, fosthom ħafna Maltin fejn ilna nsegwu l-istazzjonijiet televiżivi Taljani għal għexieren tas-snin.
//= $special ?>