Lokali

Xtaqt noħloq xi ħaġa mhux assoċjata mal-ġeneru

Ridt noħloq xi ħaġa li mhux assoċjata mal-ġeneru, xtaqt li nneħħi dik l-idea li teżisti dwar x’jista’ jilbes raġel u x’tista tilbes mara.

Kien dan l-għan ewlieni wara x-xogħol li ppreżenta Jethro waqt il-fashion weak ta’ din is-sena bl-isem ta’: RØEGUE. Sfilata li permezz tagħha rebaħ, l-unur New Up & Coming Fashion Designer Award.

F’kummenti lil Net News Jethro spjega li l-isfilata kienet tinkludi tlett irġiel u żewġ nisa biex b’hekk l-isfilata tkun iktar inklussiva.

Jethro stqarr li RØEGUE tirrappreżenta ħafna lilu nnifsu.

Tant hu hekk li l-kollezzjoni kienet ispirata mill-vjaġġ ta’ ħajtu u kienet il-mod kif hu jesprimi min hu.

Hu stqarr ukoll li s-suq għal din it-tip ta’ moda mhux daqshekk kbir f’pajjżna hekk kif bosta għadhom jilbsu lbies iktar standard.

Jethro huwa student li għadu kemm spiċċa l-kors tal-modda fl-MCAST fil-livell ta’ Baċċellerat, fejn flimkien mal-kumplament tal-klassi huwa kkompeta fil-fashion week li sar f’Lulju. Fi kliemu stess dan il-kors huwa wieħed estensiv ħafna.

Fil-futur Jethro qal li jixtieq isiefer biex ikompli jiżvolġi t-talenti tiegħu u jibni l-brand tiegħu.