Ħamrun Spartans għamlu pass ieħor ‘il quddiem lejn il-possibiltá li jiktbu l-istorja fil-futbol Malti, u għall-ewwel darba tim Malti jgħaddi għall-istadju tal-Kampjonat (jew kif konna nirreferu għaliħ qabel tal-gruppi) tal-UEFA Conference League.
Illejla, f’Ta’Qali, minkejja l-kritika li kien hemm fuq il-kundizzjoni mhux tajba tal-wiċċ tal-Istadium, iċ-champions Maltin għelbu lil RFS 1-0 fl-ewwle leg fl-istadju tal-play-offs.
Kollox se jkun qed jiġi deċiż fit-tieni partita bejn dawn it-tnejn li se tintlagħab bħall-lum tmien t’ijiem, meta iċ-champions tal-Latvja se jkunu qed jilgħabu l-partita deċiżiva f’LNK Sporta Parks.
Il-Maltin se jkunu qed jibdew din it-tieni logħba b’aggregate ta’ gowl aktar mill-avversarji wara l I fil-konfront tal-llum, quddiem attendenza sabiħa mill-partitarji ta’ Ħamrun Spartans, l-iskwadra ta’ Giacomo Modica rrnexxilha tiskorja l-gowl tar-rebħa kmieni fit-tieni taqsima, permezz ta’ konklużżjoni miż-żagħżugħ Taljan, Serigne Saliou Mbacke Thioune minn suġġeriment ta’ Joseph Mbong.
Għal Thioune, fl-ewwel sena tiegħu ma’ Ħamrun Spartans u fil-futbol Malti, dan kieni it-tieni gowl tal-istaġun mal-Ispartans wara li diġa’ kien skorja l-ewwel wieħed. fil-bidu tal-avventura Ħamruniża fl-Ewropa dan l-istaġun, kontra Zalgiris Vilnius tal-Litwanja, meta fit-tieni leg tal-UEFA Champions League, fl-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni kienu rebħu 2-0 biex sfurzaw il-ħin barrani u wara l-penalies u dak in-nhar Ħamrun Spartans kienu avvanzaw għat-tieni rawnd tlal-kompetizzjoni.
Fil-logħba tal-lum, Ħamrun Spartans irnexxilhom jiddettaw il-logħba u kellhom l-akbar persentaġġ ta’ pussess tal-ballun f’saqajhom. b’statistika ta’ 60% ballun għandhom tul id-90 minuta.
Kemm Ħamrun Spartans kif ukoll RFS kellhom ħames tentattivi lejn il-lasti avversarji, b’Ħamrun Spartans kienu l-aħjar meta kellhom żewġ azzjonijiet li kienu fil-lasta, konta l-weiħed tal-avversarji.
Wieħed minn dawn it-tnejn kien il-gowl tal-attakkant ta’ 21 sena, Thioune li qabel il-partita fil-Latvja qed ipoġġi lil Ħamrun Spartans bħala l-akbar favoriti li jistgħu jagħmlu dak li qatt qabel ma seħħ minn klabb Malti fl-istorja tal-futbol internazzjonali.
//= $special ?>