Fluminense ħabbru uffiċjalment li l-gowlkiper Brażiljan Fabio Deivson Lopes Maciel b’1,391 partita kiser ir-rekord li kien tal-eks plejer internazzjonali Ingliż Peter Shilton għall-aktar partiti kompetittivi.
Fabio li għandu 44 sena lagħab l-1,391 partita u l-235 partita għal Fluminense, fil-fażi tal-aħħar 16 tat-Tazza Sudamerikana – ekwivalenti tal-Europa League – fejn fil-Maracana Fluminense għelbu lil America de Cali 2-0.
Huwa għamel id-debutt professjonali tiegħu fl-1997 u qatta’ l-karriera kollha fil-Brażil, fejn lagħab ma’ Uniao Bandeirante, Atletico Paranaense, Vasco da Gama, Cruzeiro u Fluminense.
L-aktar li lagħab ma’ Cruzeiro (976) bejn l-2005 u l-2022, filwaqt li kellu 150 partita ma’ Vasco da Gama u 30 ma’ Uniao Bandeirante.
Skont il-Guinness Book of Records, Shilton kellu r-rekord b’ 1,390 partita iżda jsostni li lagħab 1,387 (tlieta inqas)
Fabio, qatt ma lagħab għal pajjiżu minkejja li rebaħ it-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-17-il sena fl-1997.
Shilton, li llum għandu 75 sena, huwa rreġistrat li lagħab 1,249 logħba fil-karriera mal-klabb u rekord ta’ 125 partita għall-Ingilterra għal total ta’ 1,374 partita.
Skont England Football Online, Shilton lagħab 13-il darba għat-tim Ingliż ta’ taħt it-23 sena, li jwasslu għat-total ta’ 1,387 li Shilton jemmen li għandu.
//= $special ?>