Sa tliet ijiem ilu, l-istazzjon Laburista kien qed jgħid li mhux se jsiru dibattiti bejn Alex Borg u Adrian Delia.
Illum, tliet ijiem wara, l-istess Super One spiċċa jirrapporta li ġie rekordjat id-dibattitu bejn iż-żewġ kandidati – konferma li dik ta’ tliet ijiem ilu kienet biss fake news, u storja ivvintata!
Din hija l-aħħar waħda minn serje ta’ stejjer li qed jiġu iddettati minn ġewwa Kastilja, bil-ġurnalisti stess tal-One mhux jifilħu aktar b’dan l-indħil. Tant li qed jgħidu bejniethom – dejjem skont l-istess sorsi – li ta’ Robert Abela qed iwaqqgħuhom għaċ-ċajt.
Diversi partirarji qalulna wkoll li issa veru spiċċat sitwazzjoni bla sens għall-aħħar illi l-ewwel bdew jgħidu li mhux se jsir dibattitu, u issa qed jgħidulhom li d-dibattitu sar!
Din il-froġa dwar ir-rappurtaġġ fuq id-dibattitu tal-PN mhix l-uniku każ ta’ rappurtaġġ imbażwar min-naħa tas-Super One. Bil-media laburista tibqa’ tiġi kritikata għal-livell baxx li kompliet nieżla fih.
Apparti minn hekk, ħafna qed jikkritikaw b’saħħa l-fatt li l-istazzjon mhux se jkollu skeda b’saħħitha għax-xitwa li ġejja, bħalma kien ikollu fi żmien meta Joseph Muscat kien imexxi l-Partit Laburista.