Skont id-Direttiva dwar l-Ilmijiet għall-Għawm, id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li, bħala prekawzjoni, l-għawm mhux rakkomandat minħabba żbroff ta’ ilma maħmuġ li ġej minn fuq il-blat. Dan jista’ jaffettwa l-kwalità tal-ilma għall-għawm u jippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema. Is-sors tal-kontaminazzjoni ġie identifikat u rrimedjat. Dan il-ħruġ jista’ jaffettwa l-kwalità tal-ilma għall-għawm u jpoġġi f’riskju s-saħħa ta’ dawk li jgħumu. L-Uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali (EHOs) qed ikomplu jsegwu s-sitwazzjoni. F’din il-fażi, id-durata tal-kontaminazzjoni għadha mhux magħrufa.
Kodiċi tas-sit: | Bejn C29-C30 |
Lokalità | Taħt Dawret Il-Qawra, San Pawl il-Baħar |
Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi restawrata, it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lid-Direttorat għas- Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefown – 21337333 mit-8:00am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt jew EHD Bathing Portal on https://mfh-mt.maps.arcgis.com/apps/dashboards/31f48638f89c4d60bd6143818a46a2c7 għal informazzjoni simili.
//= $special ?>