Riżultat mill-aqwa għal judoka KATRYNA ESPOSITO wara li kisbet il-midalja tal-fidda fl-Open tal-Asja li saru f’Amman fil-Jordan. Kompetizzjoni sanzjonata mill-Judo Union of Asia u mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Judo.
Din hija l-ewwel darba fl-istorja li judoka minn Malta kienet fuq il-podju fl-Open tal-Asja. F’dawn il-Kampjonati ħadu sehem 147 judoka minn 19-il pajjiż fosthom 48 judoka mara. Għal Katryna Esposito ta’ Tigne Judo Club dan is-suċċess jasal wara l-midalja tal-bronż fil-Kampjonati tal-Commonwealth fl-2022 u fil-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar fl-2023.
F’Amman, Katryna Esposito mir-rawnd ta’ eliminazzjoni għaddiet għas-semifinali kontra Signoline Kanya Munoza tal-Burundi. Eventwalment Esposito rebħet b’Ippon biex għaddiet għall-finali.
Fil-finali Esposito tilfet kontra Noura Salem tal-Eġittu. Wara l-finali kemm il-Kumitat Olimpiku Malti l-Malta Judo Association kif ukoll Tigne Judo Club innotaw b’sodisfazzjon ir-riżultat uniku miksub minn Katryna Esposito.
//= $special ?>