Sport

Preludju għall-Open tal-Istati Unit

Bi preludju għall-edizzjoni 2025 tal-Open tal-Istati Uniti, l-ewwel kompetizzjoni hija dik Mixed Doubles fejn hemm fond ta’ premjijiet ta’ 200,000 dollaru għas-semifinalisti, miljun dollaru għar-rebbieħa u 400,000 dollaru għal finalisti telliefa. Suċċess għal koppja Taljana Sara Errani u Andrea Vavassori.

Fl-Arthur Ashe Tennis Stadium, fl-ewwel semifinali kienu Casper Ruud tan-Norveġja u Iga Swiatek tal-Polonja li għelbu lill-koppja Jack Draper tar-Renju Unit u Jessica Pegula tal-Istati Uniti fejn wara li tilfu l-ewwel set 5 – 3, rebħu t-tieni set 5 – 3 u eventwalment dak deċiżiv 10 – 8.

Fit-tieni semifinali, il-koppja tal-Istati Uniti Danielle Collins u Christian Harrison sfat megħluba mill-koppja tal-Italja Sara Errani u Andrea Vavassori li bl-aktar mod konvincenti rebħu f’żewġ sets identici ta’ 4 – 2 ; 4 – 2.

Fil-finali Sara Errani u Andrea Vavassori ma ddiżappuntawx fejn wara li kontra Iga Swiatek u Cssper Ruud rebħu l-ewwel set 6 – 3, waslet ir-reazzjoni avversarja li rebħu t-tieni set 7 – 5. F’dak deċiżiv kienu Errani u Vavassori li ħarġu rebbieħa 10 – 6 u rebħu l-ewwel unur tal-US Open għal din is-sena u premju ta’ miljun dollaru.