Brażiljan residenti f’Tas-Sliema, Wallace Oliviera Santos Junior ta’ 36 sena, ġie akkużat b’sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol, li kkawża ħsara involontarja fuq propjetà u sewqan irresponsabbli. L-akkużat kien qed isuq il-karozza involuta f’konfront ma’ karozza tal-linja tat-trasport pubbliku l-Ħamis filgħodu fi Triq it-Torri, tas-Sliema, fil-5:30am.
Il-qorti semgħet li kemm hu u lanqas is-sewwieq tal-karozza tal-linja ma sofrew ġrieħi. Wara test tal-alkoħol bil-breathalyser, instab li kien erbgħa darbiet iktar mill-limitu legali ta’ 22 mikrogramma għal kull 100ml ta’ nifs, u r-riżultat tiegħu kien ta’ 91 mikrogramma għal kull 100ml ta’ nifs.
L-akkużat ammetta l-akkużi u kkonferma li kien konxju tal-ammissjoni tiegħu. Għalhekk, il-qorti kkundannatu għal disa’ xhur ħabs, sospiżi għal tliet snin, u l-liċenzja tas-sewqan tiegħu ġiet sospiża għal perjodu ta’ sentejn.
Il-każ ġie presedut mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, il-prosekuzzjoni ġiet immexxija mill-Ispettur Nathan Bugeja, filwaqt li l-avukat difensur Alfred Abela deher għall-akkużat.
//= $special ?>