Lokali

90,000 persuna segwew id-dibattitu bejn Alex Borg u Adrian Delia

Ċifri li għandu f’idejh dan is-sit juru li b’mod komplessiv kienu 90,000 il-persuni li lbieraħ segwew id-dibattitu fuq Net TV bejn Alex Borg u Adrian Delia, li qed jikkontestaw għall-kariga ta’ Kap tal-PN.

Apparti li xxandar fuq it-televiżjoni, id-dibattitu kellu wkoll udjenza konsiderevoli fuq il-midja soċjali.