Futbol Sport

Gowl fl-aħħar 10 minuti ta’ Da Silva jagħti rebħa lil Mosta

Caio Sena ta' Mosta
Caio Sena ta' Mosta

Sliema W………………………0

Mosta…………………………….1

Sliema W.: R. Al Tumi, J. Borg, N. Frendo, A. Magri Overend, V. Plut, R. Prsa, S. Bah (L. Montebello 65′), M. Bernardo (K. Nwoko 81′), S. Pisani, T. Espindola (M. Beerman 77′), M. Cover (B. Diarra 71′)

Mosta: A. Udoh, C. Eke, D. Santos (Q, Herrera 62′), J. Dias, G. Sciberras, P. Chibuzor, C. Okereke (A. Diarra 86′), J. Vassallo, Z. Brincat (N. Agius 86′), L. Da Silva (M. Bolanos 85′), C. Dos Santos

Referee: Ishmael Barbara

Assistenti referees: L. Portelli, D. Spencer

Gowl fl-aħħar 10 minuti tal-partita ta’ Leonardo Joaquim Da Silva ta rebħa mportanti ta’ 1-0 lil Mosta fuq Sliema Wanderers. Din kienet l-ewwel rebħa għal Mosta dan l-istaġun wara li fl-ewwel partita tilfu 3-1 kontra Marsaxlokk.

F’partita li dehret waħda bilanċjata l-gowl deċiżiv wasal fit-80 minuta permezz ta’ Da Silva. Erba’ minuta wara, Mosta sfaw jilagħbu b’għaxar plejers meta tkeċċa Chukwuemeka Eke wara li ntwera’ t-tieni karta safra.