Internazzjonali

Il-Libja: Investigazzjoni wara li l-kwartieri-ġenerali tan-NU jisfaw ‘mira għal missila’

Il-kelliema għall-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja qalu li għaddejja investigazzjoni bir-reqqa wara li missila manifatturata r-Russja laqtet l-artijiet viċin il-kwartieri-ġenerali tal-Missjoni fir-reġjun ta’ dan il-pajjiż lejn il-Punent…Attakk li seħħ waqt li r-Rappreżentanta tan-NU, Hanna Tetteh, kien qed taġġorna lill-Kunsill tas-Sigurtà tal-Organizzazzjoni tal-Pajjiżi dwar is-sitwazzjoni fil-Libja.

Il-kumpless tal-missjoni jinsab fil-belt ta’ Janzour, lejn il-punent tal-kapitali Tripli u meta ma weġġa ħadd fl-inċident.

Il-Ministeru għall-Intern tal-Gvern Libjan ibbażat fi Tripli tenna, sadanittant, li ‘sfuma fix-xejn’ l-attakk fuq il-kwartieri tal-Missjoni tan-NU b’rokit tat-tip SPG – bil-missila inkwistjoni tolqot ‘biss’ dar taċ-ċivili f’ħin meta ma kien hemm ħadd ġewwa.

L-investigazzjoni, fl-aħħar sigħat, kienet qed tikkonċentra fuq is-sinjali li jidentifikaw lill-aggressuri li sparaw il-missila –li fil-fatt setgħet kienet waħda minn diversi missili sparati lejn l-inħawi tal-Missjoni tan-NU.

Instabet anki vettura bir-rokits tal-istess tip flimkien ma’ launcher minfejn kienet sparata l-missila.

Sadanittant, Hanna Tetteh ippreżentat roadmap għal-Libja li tinkludi ‘Gvern ġdid li jirrappreżenta lil-Libjani kollha’ u li kapaċi joħloq klima għall-elezzjonijiet kredibbli….Amministrazzjoni li, fl-istess ħin, teżerċita l-funzjonijiet ewlenin tal-Gvern b’mod effettiv.’

Il-pjan jibqa’ għal proċess politiku fil-Libja li jiggarantixxi l-elezzjonijiet ġenerali flimkien mal-unifikazzjoni tal-istituzzjonijiet kollha relavanti għat-tmexxija ta’ dan il-pajjiż.