Kmieni dalgħodu seħħ inċident tat-traffiku bejn karozza u karozza tal-linja.
It-tabib tal-Emerġenza Michael Spiteri, permezz ta’ post fuq il-midja soċjali esprima li l-ħin li seħħ l-inċident, huwa propju l-ħin li n-nies ikunu qed jivjaġġaw għax-xogħol seta’ faċilment wassal għal traġedja.
Huwa esprima kif ir-riskju kien enormi hekk kif il-karozzi tal-linja dak il-ħin ikunu mbullati bin-nies, diversi jkunu qed jiġru max-xtajta u traffiku kullimkien.
Huwa żvela li s-sewwieq tal-karozza kien taħt l-effett tal-alkoħol, propju erba’ darbiet aktar mil-limitu tal-konsum tal-alkoħol legali. Għalkemm ma seħħet ebda fatalita u ħadd ma mweġġa’ dan xorta kien inċident tat-traffku ieħor fi ftit ġranet kaġun ta’ sewwieqa xorbana.
Michael Spiteri kompla billi qal li din is-sitwazzjoni hija inaċċettibbli, hekk kif sewwieqa rresponsabbli qed ipoġġu ħajjiet innoċenti f’riskju. Evidentament jidher li hemm min qed jirrifjuta li jitgħallem.
L-istess bħalma ilu jsostni l-Partit Nazzjonalista, l-ACE, l-MHRA, l-maġistrat Joe Mifsud u l-Assoċassjoni tal-Insurance, it-tabib enfasizza l-bżonn ta’ testijiet frekwenti u għal għarrieda, kif ukoll li għandu jkun hemm pieni ħorox u aktar infurzar.
//= $special ?>