It-tim Malti ta’ taħt it-18-il sena se jkun qed jilgħab fil-finali biex itemmu fid-9 jew fl-10 post fil-European Aquatics Championships li qed isiru f’Oradea meta fil-partita tal-Ġimgħa filogħdu rebħu bl-iskor ta’ 15-14 kontra l-Polonja wara l-għoti tal-penalties.
Kienet partita bilanċjata ferm fejn l-ewwel sessjoni ntemmet fi draw ta’ 3-3. It-tieni sessjoni rebħuha l-Pollakki 2-1 filwaqt li Malta rebħet it-tielet sessjoni 3-2. L-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta’ 2-2, bil-partita tmur għall-għoti tal-penalties.
Għal Maltin skorjaw erba’ gowls Julian Chircop, żewġ gowls Jayden Cutajar u gowl kull wieħed Sam Engerer, Enrico Mallia u Giancarlo Gatt.
Fil-finali ta’ għada għad-9 post Malta se tkun qed tilgħab kontra l-Ġermanja.
//= $special ?>