Bit-trasferiment ta’ Noah Okafor mingħand Milan għal għand Leeds, inkiser ir-rekord tal-akbar nefqa fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf tal-Premier League hekk kif s’issa l-klabbs nefqu £2.37 biljun.
Okafor iffirma għal erba’ snin ma’ Leeds u sar id-disa’ akkwist ta’ Leeds United f’dan is-suq tat-trasferimenti.
Sitt klabbs irnexxielhom jiskru r-rekord tagħhom ta’ nefqiet fis-suq tat-trasferimenti, fosthom Brentford, Burnley, Sunderland u Nottingham Forest.
S’issa l-akbar trasferimenti saru minn Liverpool bl-akkwisti ta’ Florian Wirtz u Hugo Ekitike li swew lit-tim ta’ Anfield £108 u £69 miljun rispettivament.
//= $special ?>