Lokali

L-Għaqda Piroteknika Maltija tiċċara l-pożizzjoni tagħha

L-Għaqda Piroteknika Maltija, fi stqarrija tiċċara il-pozizzjoni tal-membri tagħha dwar filmat li qed jiġi ċċirkolat fil-media. Wara l-verifiki neċessarji l-Għaqda tista’ telenka dawn il-fatti.

Il-fatti huma dawn:

  1. In-nar tal-festa f’din il-lokalita ilu jinharaq mill-limiti msemmija sa mill-1997.
  2. Sa 3 gimghat qabel bdiet il-festa, l-Ghaqdiet tan-Nar ta’ din il-lokalita ghaddew lis-sid skeda bil-granet u hinijiet tal-hruq tan-nar.
  3. Iz-zewg ghaqdiet tan-nar ta’ din il-lokalita fuq inizijattiva taghhom stess u bl-ispejjez taghhom ukoll hadu hsieb li jixtru material biex titghatta t-tinda li hemm mal-genb tar-razzett. Dan biex toffri protezzjoni lill-istruttura u lill-annimali.
  4. Giet ordnata fire engine extra specifikament assenjata mar-razzett.
  5. Instab voluntier ukoll b’bowser zghir sabiex jassisti lill-pumpiera jekk ikun hemm il-htiega.
  6. Ingieb bowser kbir biex biex isir it-tixtrib fl-akwati kollha qabel il-hruq.
  7. Is-sid gie mfakkar biex jiehu hsieb idahhal l-annimali taht it-tinda. Is-sit ma ghamilx hekk.
  8. L-Ghaqda tistaqsi ukoll jekk l-istrutturi mibnija ghandhomx il-permessi necessarji mill-awtoritajiet kompetenti. Facli ticcekja fuq is-sit eletroniku tal-PA.
  9. Fuq kollox Animal Welfare Act Artiklu 8 sub-artiklu (3) u (4) huma cari u specifici. Ir-responsabilta taqa fuq is-sid tal-animali. L-Ghaqda tikwotta:

(3)Any person who keeps any animal or who agrees to lookafter an animal shall be responsible for its health and welfare.
(4) Any person shall take such steps as are reasonable in all thecircumstances to ensure that the needs of an animal for which he isresponsible or for which he agrees to look after shall be met to theextent required by good practice and in pursuance to the goodhealth and well-being of the animal….’