Sport Waterpolo

Malta titlef kontra s-Serbi minkejja wirja tajba iżda tirbaħ kontra l-Polonja bil-penalties

Tul il-Kampjonati Ewropej ta' taħt it-18-il sena tal-waterpolo fir-Rumanija, iż-żgħażagħ taħt it-tmexxija ta' Jonathan Valletta taw wirjiet tajba.
Tul il-Kampjonati Ewropej ta' taħt it-18-il sena tal-waterpolo fir-Rumanija, iż-żgħażagħ taħt it-tmexxija ta' Jonathan Valletta taw wirjiet tajba.

Malta 13 Serbja 18

Ir-raba’ partita tat-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo ta’ taħt it-18-il sena, waqt ill-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej, rat lill-Maltin, taħt il-gwida teknika ta’ Jonathan Valletta, jitlef l-ewwel logħba f’din il-kompetizzjoni kontra l-qawwa tas-Serbja. Din it-telfa tasal wara tliet rebħiet pożittivi minn Malta kontra l-Ukrajna, il-Ġermanja u l-Ġeorgja rispettivament, fil-fażi tal-gruppi.

Kif mistenni, il-partita kontra s-Serbja kiien test iebes madankollu, it-telfa ta’ 18-13 kienet waħda rispettabbli ħafnai u tikkonferma l-potenzjal tal-Maltin għall-futur tal-waterpolo lokali huwa wieħed sabiħ u li għandu jimlina b’kuraġġ.

Il-kronaka tal-partita kienet waħda li varjat minn diversi aspetti fosthom li Malta rebħet l-aħħar sessjoni 7-4

Fl-ewwel sessjoni t-tim Malti fetaħ b’saħħtu fejn fetaħ vantaġġ ta’ 2-0 b’gowls ta’ Jayden Cutajar bis-Serbija jirrispondu izda bi tlett gowls.

Fit-tieni sessjoni, Serbija skorjaw sitt darbiet bla risposta għal skor ta’ 9-2, sa kemm minn penalty ta’ Jayden Cutajar dan naqqas l-iskor għa 9-3.

Is-Serbi skorjaw mill-ġdid iżda dan il-gowl kien segwit minn gowl ta’ Sam Engerer għal skor parzjali ta’ 10-4.

Fit-tielet sessjoni minn 13 -4 għal 13-6 b’żewg gowls minn Luigi Dimech għall-iskwadra Maltija.

L-aħħar sessjoni kienet taqtalek nifsek.

Minn 16-,6 l-ewwel skorja Jayden Cutajar u wara kien imiss żewġ gowls minn Luigi Dimech għal 16-9 .

Malta bdiet twettaq il-pressjoni tagħha u għal darbtejn Julian Chircop għamel l-iskor 16-10 u 16–11.

Gowl mill-avversarji Serbi b’risposta ta’ Mallia għal 17–12 u l-istess fl-aħħar azzjonijiet tal-logħba, għal gowl Serb irrisponda Luigi Dimech li għalaq il-partita bl-iskor finali ta’ Ma;ta 13 Serbja 18.

Fil-ħames partita tat-tim Malti | Malta 15 Polonja 14

Fl-ewwel sessjoni li ntemmet 3-3, bil-gowls tal-Maltin waslu minn Jayden Cutajar, Sam Engerer u Julian Chircop.

Fit-tieni sessjoni kien Chircop li skorja għal Malta biex għamel l-iskor 5–4 għal Polonja.

Fit-tielet sessjoni aktar pressjoni minn Malta li b’żewġ gowls minn Julian Chircop u Enrico Mallia, dawn għamlu l-iskor parzjali għa; 7–7.

Bilanc assolut fl-aħħar sessjoni li ntemmet 2 -2 b’gowls minn Cutajar u Gatt bil-partita tintemm 9 -9 u marret għall-għoti tal-penalties.

Għal Malta skorjaw darbtejn Jayden Cutajar u gowl kull wieħed minn Sam Engerer, Luigi Dimech, Kayden Agius, u Julian Chircop biex Malta ħarget rebbieħa 15-14.

Wara dawn ir-riżutati, iż-żgħażagħ Maltin issa jkunu fl-azzjoni għall-aħħar darba kontra l-Ġermanja, fejn se tkun qed tilgħab għad-disa’ u l-għaxar post ripettivament, għada s-Sibt, fid-9:30am.