Fi stqarrija, il-MaltaPost ħabbret is-sospensjoni temporanjza tas-servizz postali lejn l-Istati Uniti tal-Amerika u t-territorji tagħha. Deċiżjoni li se tidħol fis-seħħ mill-10.00 ta’ filgħodu tas-sibt 23 t’Awwissu.
Din is-sospensjoni ġiet wara li l-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, ħareġ b’Ordni Eżekuttiva li
tneħħi l-benefiċċju eżistenti ta’ duty-free għal posta internazzjonali. Din l-ordni se tidħol b’effett
mid-29 ta’ Awwissu. Taħt din ir-regola l-ġdida, kull oġġett postali mibgħut lejn l-Istati Uniti, se jkun suġġett għal dazji impost mid-dwana tal-Istati Uniti.
Kull pakkett jew oġġett indirizzat lejn l-Istati Uniti għandu jiġi depożitat fl-Uffiċċju Prinċipali tal-MaltaPost, il-Marsa, bejn is 07:00 u l-10:00 ta filgħodu tas-Sibt, 23 ta’ Awwissu 2025. Fl-istess stqarrija, il-MaltaPost infurmat lill-klijenti li kwalunkwe ittra jew dokument destinata lejn l-Istati Uniti ma jistgħux jibqgħu jiġu depożitati fil-kaxxi tal-posta pubbliċi. Permezz tal-prodott MEI tagħha, il-MaltaPost se tkun qed toffri servizz speċjali li huwa express għal dokumenti jew ittri lejn l-Istati Uniti.
Kemm il-linji tal-ajru u dawk tal l-merkanzija msieħba mal-MaltaPost għadhom kif infurmaw lil MaltaPost li sakemm jitqiegħed fis-seħħ proċess effettiv, qed jissospendu wkoll it-trasport ta’ kunsinni postali ddestinati lejn l-Istati Uniti.
//= $special ?>