Il-Perit Mario Bonello huwa l-President il-ġdid ta’ Athletics Malta. Hu kien elett wara Laqgħa Ġenerali Straordinarja li saret wara r-riżenja ta’ Aldrin Cassar f’Mejju li għadda. Bonello fl-aħħar snin kien id-Direttur Tekniku ta’ Athletics Malta b’esperjenza vasta internazzjonali f’diversi oqsma.
Irrappreżenta lil Malta fl-Olimpijadi ta’ Atlanta fl-1996 u fis-sena 2000 f’Sydney. Bejn l-1993 u l-2009 ikkompeta b’suċċess f’disa’ edizzjonijiet tal-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar fejn rebaħ xejn anqas minn 16-il midalja fuq distanzi li jvarjaw mill-100m , 200m u relays.
Ikkompeta wkoll f’Kampjonati tad-Dinja u Kampjonati tal-Ewropa flimkien ma’ tliet edizzjonijiet tal-Universijadi u darbtejn fil-Logħob tal-Mediterran f’Tunis u Almeria.
Il-ħatra ta’ Mario Bonello bħala President ta’ Athletics Malta hija sal-2026.
//= $special ?>