Lokali

Qed jiġi mfittex Finlandiż wara li ġie nieqes waqt vaganza f’Malta

Christoffer Mattsson, Finlandiż li jgħix l-Iżvezja, ġie nieqes waqt li kien qiegħed vaganza f’Malta.

F’post fuq il-grupp Expats Malta, fuq Facebook, ingħad li Christoffer deher l-aħħar fit-18 ta’ Awwissu, f’Tas-Sliema u f’San Pawl il-Baħar. Bejn is-02.00 u t-03.00 ta’ filgħodu tal-21 ta’ Awwissu, il-mobile tiegħu, ntefa’.

Il-familjari tiegħu u sħabu qed jappellaw biex jekk ikun hemm xi ħadd li rah jew għandu xi informazzjoni dwaru, jagħmel kuntatt mal-Pulizija billi jċemplu fuq 112.

Hemm ukoll rapporti li l-mobile tiegħu jista’ jagħti l-każ li nsteraq.