Fil-London Stadium, Chelsea kisbu rebħa kbira ta’ 5-1 fuq West Ham United minkejja li kienu l-Hammers li fetħu l-iskor kmieni fil-partita.
Chelsea kellhom iwettqu bidla qabel ma bdiet il-partita hekk kif fil-warming up weġgħa Cole Palmer u minfloku beda Estevao Willian. Kienu West Ham li wara biss sitt minuti fetħu l-iskor bi ġmiel ta’ gowl ta’ Lucas Paqueta.
Reazzjoni mmedjata minn Chelsea li ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Joao Pedro mal-kwarta logħob. Fit-23 minuta Pedro Neto dawwar l-iskor favur Chelsea u fl-34 minuta Enzo Fernandez prattikament għalaq il-partita bit-tielet gowl.
Fit-tieni taqsima Chelsea komplew ikunu perikolużi u skorjaw darbtejn oħra permezz ta’ Moises Caicedo u Trevoh Chalobah.
//= $special ?>