Id-difensur Portugiż Ruben Dias, ġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Manchester City sal-2029 biex b’hekk se jkun ilu mal-klabb għal disa’ snin fejn s’issa rebħa għaxar unuri, fosthom it-treble fl-istaġun 2022/2023.
Manchester City akkwistaw lil Dias mingħand Benfica fejn fl-ewwel staġun tiegħu fil-Premier League rebaħ l-unur tal-aqwa plejer fil-Premier League.
F’kummenti mas-sit ta’ Manchester City, Dias qal li huwa kburi li se jkompli jirrappreżenta lill-klabb minn Manchester u huwa l-post fejn irid ikun. Hu rringrazzja lil sħabu fit-tim kif ukoll lill-kowċ Pep Guardiola tal-fiduċja li wera fih.
//= $special ?>