Lokali Qorti

Sentenza sospiża għal raġel li seraq mobile ‘mitluf’

Raġel ta’ 29 sena mill-Kolombja, residenti Bormla, ingħata sentenza sospiża wara li ammetta li seraq mobile phone li kien ingħata lilu bħala oġġett mitluf. Il-każ seħħ fl-MCP Car Park, il-Belt Valletta, fejn l-imputat Kevin Andres Albarracin, li jaħdem fil-parkeġġ, kien akkużat b’serq aggravat tal-persuna, ħin u valur, kif ukoll approprjazzjoni indebita.

Albarracin ammetta l-akkużi. Wara konsultazzjoni bejn il-prosekuzzjoni u d-difiża, il-Qorti kkundannatu sentejn snin ħabs sospiżi għal erba’ snin. Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace.

Il-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-avukat Martina Muscat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, assistita mill-Ispettur Gabriel Micallef, filwaqt li l-avukat tal-għajnuna legali Francois Dalli deher għall-akkużat.