Student ta’ 18-il sena, Franċiż residenti f’San Pawl il-Baħar, ġie kundizzjonalment meħlus għall-perjodu ta’ tliet snin wara li ammetta li kisser ‘cab’ u weġġa’ ħafif raġel. Il-każ seħħ ħdejn l-Aria Complex, l-Iklin, fejn l-imputat, William Youva, kien fis-sakra u kkaġuna ħsarat li jlaħħqu l-ammont ta’ €3,121.44.
Huwa kien ukoll akkużat li kiser il-paċi pubblika u li kien fis-sakra fil-pubbliku. Fil-Qorti, Youva ammetta l-akkużi u wiegħed li jħallas €500 nhar il-Ġimgħa u l-bqija tal-ħsarat fi żmien ġimgħa wara d-29 ta’ Awwissu. Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace illiberatu bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor għal tliet snin.
Il-Qorti wissietu li priġunerija ġiet posposta bil-kundizzjoni li matul dawn it-tliet snin ma jikkommettix reati oħra. Il-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Ylenia Maria Xerri, filwaqt li l-avukat tal-għajnuna legali Yanica Barbara Sant dehret għall-imputat.
//= $special ?>