Lokali

Taljan arrestat b’rabta ma’ allegat importazzjoni ta’ droga


Taljan ta’ 29 sena ġie arrestat mill-Pulizija wara li rċieva pakkett li kien ġej minn barra minn Malta, b’madwar 4 kilogrammi ta’ sustanza suspettata, MDMA, b’valur fit-triq ta’ €200,000.

Il-każ seħħ nhar il-Ħamis filgħodu, hekk kif il-Pulizija qassmet dan il-pakkett fl-indirizz imniżżel fil-Gżira u wara investigazzjonijiet u konsenja kkontrollata, arrestat lit-Taljan li ġabar il-pakkett. Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għad l-Ġimgħa quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace.