Fl-ewwel partita mit-tieni fażi tal-kompetizzjoni tal-Kampjonat tal-Ewropa Elite għat-timijiet taħt it-18-il sena, f’Oradea fir-Rumanija Malta tilfet mas-Serbija 13-18.
Ir-raba’ partita tat-tim Nazzjonali Malti mmexxi minn Jonathan Valletta, wara rebħiet kontra l-Ukrajna, il-Ġermanja u Georgja, fil-fażi tal-gruppi kienet l-aqwa test kontra wieħed mill-aqwa pajjiżi fil-waterpolo dinji. Telfa rispettabbli ħafna li hija konferma tal-potenzjal ta’ dan it-tim fejn il-futur tal-waterpolo lokali huwa garantit.
Il-kronaka tal-partita kienet waħda li varjat minn diversi aspetti fosthom li Malta rebħet l-aħħar sessjoni 7 – 4
Fl-ewwel sessjoni t-tim Malti fetaħ b’saħħtu fejn fetaħ vantaġġ ta’ 2 – 0 b’gowls ta’ Jayden Cutajar bis-Serbija jirrispondu izda bi tliet gowls. Fit-tieni sessjoni s-Serbija skorjaw sitt darbiet bla risposta għal 9 – 2 sakemm minn penalty Jayden Cutajar naqqas l-iskor 9-3. Gowl tas-Serbija kien segwit minn gowl ta’ Sam Engerer 10 – 4. Fit-tielet sessjoni minn 13 – 4 għal 13 – 6 b’żewg gowls minn Luigi Dimech. L-aħħar sessjoni kienet taqtaggħlek nifsek. Minn 16 – 6 l-ewwel skorja Jayden Cutajar u wara żewġ gowls minn Luigi Dimech għal 16 – 9 . Pressjoni minn Malta fejn darbtejn Julian Chircop għamel l-iskor 16 – 10 u 16 – 11. Gowl minn Serbija b’risposta ta’ Mallia għal 17 – 12 u l-istess fl-aħħar azzjonijiet għal gowl Serb irrisponda Luigi Dimech li għalaq il-partita: Malta 13 Serbija 18.
//= $special ?>