Futbol Sport

Tkompli l-avventura ta’ Ryan Debono ma’ Juventus

Fil-jiem li għaddew kompliet l-avventura tal-plejer Malti ta’ Mosta ta’ 16-il sena Ryan Debono li jinsab bi prova ma’ Juventus.

Bħalissa Debono jinsab f’Rieti fejn Juventus qed jieħdu sehem f’kompetizzjoni prestiġjuża bl-isem ta’ Scopigno Cup għat-timijiet ta’ taħt is-17-il sena. S’issa l-captain tat-tim Malti ta’ taħt is-17-il sena lagħab fit-tliet partiti li Juventus lagħbu matul din il-kompetizzjoni fejn beda mal-ewwel ħdax fit-tlieta li huma.

Din mhix l-ewwel esperjenza għal Debono barra l-pajjiż hekk kif matul April li għadda kien ukoll mistieden mit-tim ta’ Lazio għal prova mal-klabb tas-Serie A.